Lokali Qorti

Sentenza sospiża fuq serq minn lukanda f’San Ġiljan

Raġel ta’ 45 sena, Nenad Adzic, ingħata sentenza ta’ priġunerija sospiża wara li ammetta li seraq ġojjellerija minn lukanda f’San Ġiljan f’Lulju li għadda. Is-Serb deher il-Qorti l-Ħamis u wieġeb ħati għall-akkuża miġjuba kontrih.

Il-Qorti semgħet is-sottomissjonijiet dwar il-piena xierqa, fejn il-prosekuzzjoni enfasizzat li l-imputat kien ikkopera kompletament mal-Pulizija waqt l-investigazzjoni. Wara li kkunsidrat iċ-ċirkostanzi, il-Qorti kkundannatu għal tmien xhur ħabs sospiżi għal 15-il xahar.

Barra minn hekk, ġie ordnat iħallas lill-vittma s-somma ta’ €1,300, li tirrappreżenta l-valur tal-oġġetti misruqa.

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur James Turner, assistit mill-avukat Giuliana Magro Conti mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.