Lokali

Anzjan weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza fl-Iklin

Anzjan ta’ 75 sena residenti il-Mosta, weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn minn Volvo XC40 misjuqa minn mara ta’ 48 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, li f’dak il-ħin kienet qiegħda tirriversja.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-ħdax u kwart ta’ filgħodu fi Triq il-Klin, l-Iklin. Minnufih il-pulizija ġiet infurmata u marret fuq il-post. Intant ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li kien sofra ġrieħi gravi.


L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ, għadhom għaddejjin.