Il-barranin f’Tas-Sliema huma aktar mill-Maltin. Il-popolazzjoni ta’ barranin f’Tas-Sliema hi ta’ 12,446 filwaqt li l-popolazzjoni ta’ Maltin tlaħħaq dik ta’ 10,284 – total ta’ popolazzjoni f’Tas-Sliema ta’ 22,730. Dan ifisser ukoll li f’Tas-Sliema hemm 2,162 aktar ta’ barranin minn Maltin.
Din il-popolazzjoni tirreferi għall-aħħar ċifri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.
Dettalji dwar il-popolazzjoni f’Tas-Sliema kienu kkonfermati mill-Gvern stess fil-Parlament din il-ġimgħa meta ltaqa’ fit-tieni seduta mill-waqfa tas-sajf tal-Parlament.
Id-dettalji dwar il-polazzjoni f’Tas-Sliema ngħataw mill-Ministru Clyde Caruana meta ken qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.
//= $special ?>