It-Tribunal għat-Talbiet Żgħar, presedut minn Dr Marsette Portelli Xerri, ordnat lill-Kunsill Laburista tax-Xewkija jagħti kumpens lil raġel li spiċċa sofra minn ħsarat minħabba li l-ilma tax-xita kkawża ħsarat fir-raba’ tiegħu.
Fil-kawża bejn Paul Portelli u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija, Portelli allega li minħabba xogħlijiet li wettaq il-Kunsill f’Triq tal-Ħorob, l-ilma tax-xita beda jinġabar u jinżel fir-raba’ tiegħu, li huwa juża għall-għalf tal-bhejjem, b’tali mod li fl-2019 u l-2020 ma setax jiżra’ l-art u sofra telf ta’ €1,500.
Il-Kunsill min-naħa tiegħu sostna li kien wettaq ix-xogħlijiet b’konformità mar-regoli u li l-problema tal-ilma kienet diġà teżisti qabel. Ix-xhieda u r-rapporti tekniċi tal-periti wrew li l-livelli tat-triq kienu diġà problematiċi qabel ix-xogħlijiet, iżda l-għoti ta’ wiċċ tal-konkos aggrava s-sitwazzjoni billi l-ilma baqa’ ma jiġix assorbit u niżel aktar lejn il-għelieqi tal-attur.
Kunsill limitat fil-finanzi
Kien ammess ukoll li l-Kunsill kellu limitazzjonijiet finanzjarji u li l-proġett kien jikkonsisti biss fil-konkos u mhux f’opri infrastrutturali bħal culverts. Madankollu, it-Tribunal irrimarka li amministrazzjoni pubblika għandha d-dmir li twettaq xogħlijiet b’kawtela u b’diliġenza sabiex ma jinħoloqx dannu bla bżonn fuq terzi.
Mix-xhieda prodotta rrizulta illi Portelli ghandu f’idejh porzjon art fl-inhawi maghrufa bħala ‘Tal-Ħorob’, fil-limiti tax-Xewkija, Għawdex, liema art, kif jixhed id-dokument rilaxxjat mill-‘Paying Agency’ kienet tintuza ghall-skopijiet agrikoli, izda li thalliet minghajr attivita` agrikola sa minn Settembru, 2020.
Portelli saħaq li l-wicc tar-raba’ kien juzah sabiex jizra’ l-qamh ghall-bhejjem tieghu, liema uzu ma gie bl-ebda mod ikkontestat tul is-smiegħ tal-proceduri. L-istess Portelli esebixxa wkoll ritratti li juru l-iskular tal-ilma versu r-raba’ tieghu, fejn jasserixxi illi l-problema bdiet wara li saru xoghlijiet.
Fil-konklużjoni tiegħu, it-Tribunal stabbilixxa li l-problema kienet teżisti qabel iżda l-intervent tal-Kunsill żied l-impatt fuq il-proprjetà tal-attur. Għalhekk sab rabta każwali parzjali u ddeċieda li jilqa’ t-talba ta’ Portelli limitatament għal nofs l-ammont mitlub, jiġifieri €750, flimkien mal-imgħax legali. L-ispejjeż tal-proċedura ġew ordnati li jitħallsu b’mod ugwali bejn il-partijiet.
//= $special ?>