Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg il-Ġimgħa wara nofsinhar laqgħa fl-uffiċċju lil Membru Parlamentari Ewropej Nazzjonalista, Peter Agius.
Tul din il-laqgħa tkellmu dwar il-ħidma fil-Parlament Ewropew u r-riżultati konkreti li l-Partit Nazzjonalista qed jikseb barra minn xtutna.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu jibqa’ ffukat fuq kif il-politika Ewropea tista’ tissarraf f’opportunijiet reali għall-poplu. Alex Borg sostna li l-Partit Nazzjonalista ser jibqa’ jkun viċin il-komunitajiet kollha, speċjalment dawk li għandhom x’jaqsmu mal-isfidi tal-ħajja ta’ kuljum.
Tul il-laqgħa, Peter Agius ta rendikont tal-ewwel sena tiegħu bħala membru tal-Parlament Ewropew, fejn elenka dwar il-prijoritajiet ta’ xogħolu. Fost il-prioritajiet, Agius dejjem jaħdem fl-interess tal-ħaddiema u n-negozji żgħar, it-titjieb ta’ konnettività bejn Malta u Għawdex, kif ukoll dwar kif ser ikollna suq intern Ewropew aktar effettiv għall-Malta.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg stqarr kif il-ħidma tal-PN fl-Ewropa għandha potenzjal qawwi sabiex inkomplu nikkontribwixxu għall-missjoni tal-Partit tagħna, li nkunu gvern alternattiv.
