Saru magħrufa l-gruppi taċ-Champion ta’ Malta, kompetizzjoni individwali organizzata mill-Malta Blackball Federation hekk kif ittellgħu l-poloz it-Tlieta filgħaxija.
Iċ-champion preżenti Johan Attard tela’ biex jilgħab fi grupp 6 flimkien ma’ Steven Muscat, Gabriel Vella u Keith Caruana.
Ir-rebbieħ tas-sena 2023 Dejan Grech jinsab fi grupp 11 fejn se jaffaċċja lil Glenn Axiaq, Clayton Attard u Bernard Borg.
B’kollox hemm 16-il grupp b’erba’ plejers kull wieħed. Sadanittant, l-aqwa żewġ plejers minn kull grupp jgħaddu għall-fażi tal-aħħar 32.
Il-logħob tal-fażi tal-Gruppi huma race to 6 frames. Jekk plejer ikun indaqs fil-punti ma’ plejer ieħor jgħaddi dak il-plejer li jkun rebaħ il-konfront ta’ bejniethom fil-gruppi. Jekk il-punti ndaqs ikunu bejn 3 plejers, tintlagħab decider, bl-ewwel plejer li jirbaħ żewġ logħbiet infila jgħaddi l-ewwel. Deciders huma Race to 5 frames. u jintlagħbu fl-aħħar ġurnata tal-fażi tal-gruppi.
Il-finali ta’ din il-kompetizzjoni tintlagħab nhar l-Erbgħa 22 ta’ Ottubru fil-Fuego Speakeasy Arena, f’Birkirkara.
//= $special ?>