Kontinġent ta’ Malta Pickleball jinsab Ruma sabiex fil-ġranet li ġejjin jikkompeti fil-Kampjonati tal-Ewropa għat-timijiet.
Il-kompetizzjoni li se ssir fil-Foto Italico attirat 30 pajjiż b’kampjonati mfassla fuq żewġ kategoriji għal plejers ta’ l fuq minn 15-il sena u għal plejers ta’ l fuq minn 50 sena.
Steffi Pace Girard hija l-captain tat-tim ta’ ‘l fuq minn 15-il sena flimkien ma’ Roberta Pace Girard, Maja Glumac, Alexia Valenzia, Maurizio Cappello, Joseph Allis u Malcolm Falzon.
Tony Thompson huwa l-captain tat-tim ‘il fuq minn 50 sena flimkien ma’ Guido Pace, Victor Sciberras, George Chetcuti, Natalie Bonello u Tania Cluett .
Il-Kampjonati jikkonsistu fil-kategoriji singles, gender doubles u mixed doubles.
//= $special ?>