Lokali

Leon Azzopardi ta’ 9 snin jerġa’ jirbaħ kompetizzjoni globali tal-Matematika

Leon Azzopardi, student Għawdxi ta’ 9 snin għal darb’oħra reġa’ kiseb suċċess fil-kompetizzjoni SuperTmatik. Kompetizzjoni tal-matematika li tikkonsisti f’diversi somom differenti li jridu jinħadmu fl-iqsar ħin possibbli.

Lura fl-2024 Leon rebaħ din il-kompetizzjoni kontra kważi 21,000 student minn madwar id-dinja fil-kategorija tal-età tiegħu.

F’Mejju tal-2025, reġa’ rebaħ, din id-darba kontra 43,000 parteċipant.

Intant, din is-sena għal-ewwel darba għamlu edizzjoni tas-sajf, Summer Cup, fejn Leon reġa’ rnexxielu jikseb rekord ieħor.

L-għan wara din l-edizzjoni huwa li l-istudenti jibqgħu jistudjaw il-mental maths anke fil-vaganzi tas-sajf. Din il-kompetizzjoni tgħin sabiex l-istudenti jibqgħu preċiżi u effiċjenti, fl-erba’ operaturi li huma l-addition, subtraction, multiplication u division.

Is-Summer Cup kellha fażijet differenti li Leon Azzopardi kellu jgħaddi minn kull wieħed sabiex jasal fl-aħħar stadju.

Apparti Leon kien hemm ukoll aktar Maltin li kisbu suċċess f’din il-kompetizzjoni globali hekk kif ġew ma’ l-ewwel erba’ fil-kategoriji rispettivi tagħhom. Kategoriji li huma mqassma skont l-età tal-istudenti. Fosthom kien hemm Ramsey Axiak, Leòn Azzopardi, Zachary Balzan G, Amy Newbould, Liam Pulis u Mikiel Schembri.