II-Kampjonati tad-Dinja tal-Atletika organizzati minn World Athleticsn tkomplew fl-Istadium Olimpiku ta’ Tokjo,
Fil-finali tal-Javelin tal-irġiel, midalja tad-deheb għal Keshorn Walcott ta’ Trinidad & Tobago li rebaħ b’tefgħa ta’ 88.16 metri. Fit-tieni post Anderson Peters ta’ Grenada b’87.38 metri filwaqt li fit-tielet post Curtis Thompson tal-Istati Uniti bi 88.67 metri.
Fil-finali tal-400 metru tan-nisa fl-ewwel post Sydney McLaughlin Levrone tal-Istati Uniti li għamlet id-distanza f’47.78 sekondi. Fit-tieni post b’47.98 sekondi daħlet Marileidy Paulino tar-Repubblika Dominikana qabel Salwa Eid Naser tal-Bahrain bi 48.19 sekondi.
Suċċess għal Busang Collen Kebin at shipi tal-Botswana li rebaħ il-finali tal-400 metru irġiel fi 43.53 sekondi qabel Jereem Richards ta’ Trinidad & Tobago bi 43.72 sekondi. Fit-tielet post daħal Bayapo Ndori ta’ Botswana b’44.20 sekondi.
Fil-finali tat-Triple Jump tan-nisa, fl-ewwel post Leyanis Perez Hernandez ta’ Kuba b’14.94 metri . Fit-tieni post Thea Lafond ta’ Dominica b’14.89 metri filwaqt li fit-tielet post Yulimar Royas tal-Venezuela b’14.76 metri.
