Raġel ta’ 28 sena residenti San Ġwann qiegħed jinżamm arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’
diversi tipi ta’ droga, allegatament sabiex tinbiegħ.
Minn tfittxija li saret fuqu u fir-residenza tiegħu nstabu sustanzi suspettati droga kokaina, eroina u kannabis, allegatament lesti għat-traffikar b’valur fis-suq ta’ madwar €10,000. Il-Pulizija
kkonfiskat ukoll vettura u xi flus kontanti. Wara sorveljanza fuq is-suspettat, huwa ġie arrestat ilbieraħ waranofsinhar f’Ta’ Qali.
Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti il-Ġimgħa,
għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana.
