Raġel ta’ 54 sena residenti Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku f’Bormla.
Il-każ seħħ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-20:45 fi Triq San Ġwann t’Għuxa, meta għal xi raġuni seħħ inċident bejn mutur Honda misjuq minn raġel ta’ 54 sena u Hyundai I30 misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Imsida.
Is-Sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji,
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

