Lokali

Wara l-pressjoni tal-PN, Gafà jiftaħ investigazzjoni dwar il-każ tal-Fortina

Wara pressjoni min-naħa tal-PN mmexx minn Alex Borg, il-Kummissarju tal-Pulizija ddikjara li hemm investigazzjoni għaddejja dwar il-każ tal-Fortina.

Il-Kummissarju qal ukoll li hemm laqgħa skedata bejn il-Pulizija u l-Awditur Ġenerali biex jiddiskutu s-sitwazzjoni.

F’kumment li ta Gafà lill-ġurnalisti, jidher li l-awtoritajiet ilhom jinvestigaw għal xi żmien u bl-ebda mod ma speċifika meta jew x’qed tinvolvi l-investigazzjoni.

Dan wara li ħareġ rapport li jinvestiga ftehim kontroversjali tal-art li jmur lura għall-2019, li wassal biex intilfu €16-il miljun meta l-Gvern aċċetta li jżomm biss €8.1 miljun fuq art tal-poplu.

Intant, il-Kap tal-PN Alex Borg waqt l-ewwel seduta tiegħu fil-Parlament fil-fatt kien talab biex ikun hemm investigazzjoni ulterjuri.