Internazzjonali

Attakk ċibernetiku li jaffetwa ajruporti kbar Ewropej

Heathrow huwa fost bosta ajruporti Ewropej li ġew milquta minn attakk ċibernetiku li qed jaffettwa s-sistema taċ-check-in.

Brussell u Berlin  wkoll kienu affettwati minn dan l-attakk ċibernetiku li affettwat fost l-oħrajn is-sistemi ta’ check-in – bir-riżultat li kkawżaw dewmien kbir f’dawn l-ajurporti maġġuri Ewropej.

Intant ġew konfermati li tal-inqas 10 titjirtiet ġew ikkanċellati mill-Ajruport ta’ Brussell u 17 oħra spiċċaw waslu f’ħinijiet tard ħafna aktar mill-ħin skedat – liema delays anke affetwaw plenarji sħaħ tal-Parlament Ewropew.

F’Heathrow, ġie kkonfermat li kien hemm medja ta’ 3 siegħat delays fil-flights kollha li suppost kellhom jitilqu mill-ajruport Ingliż. Bil-fuq min 20 titjira spiċċaw ġew ikkanċelati.

Intant l-awtoritajiet qiegħdin jinvestigaw dan l-attakk ċibernetiku – b’bosta anke jispekulaw li dan l-attakk seta kien mwettaq minn hackers imqabdin mill-Kremlin.