Lokali

Attivisti jsumu għal 35 siegħa barra Kastilja b’solidarjetà mal-Palestinjani

Grupp ta’ attivisti qegħdin isumu għal 35 siegħa b’solidarjetà mal-poplu ta’ Gaza, filwaqt li qed isejħu għall-sanzjonijiet kontra l-Iżrael.

Organizzat mill-grupp ta’ attivisti Ġustizzja għall-Palestina, is-sawm u l-viġilja bdiet is-Sibt fit-8am u se toibqa’ għaddejja sas-7pm l-Ħadd. Huma qed jagħmlu dan bl-għan li jqajmu kuxjenza dwar dak ddeskrivew bħala ġuħ u massakru indiskriminat min-naħa tal-Iżrael.

Il-viġilja hija parti minn azzjoni globali li qed isejjaħ għall-protezzjoni u r-rikonoxximent immedjat u effettiv tad-drittijiet tal-poplu Palestinjan.

L-attivisti waqqfu tinda żgħira biex jipprovdu dell, iżda ftit biss minnhom kapaċi joqogħdu taħtha. Il-bqija qed isibu kenn taħt siġar fil-viċin. Uħud minnhom se joqgħodu mingħajr sodod, ikel jew kenn xieraq, u se jixorbu biss ilma.