Lokali Parlament

Fil-Gżira u f’San Ġiljan bħal f’Tas-Sliema l-barranin huma aktar mill-Maltin

Aktar minn 6,000 barrani akar minn Maltin f'San Ġiljan, Tas-Slema u l-Gżira

Fil-Gżira u f’San Ġiljan, bħalma hu l-każ f’Tas-Sliema, il-barranin huma aktar mill-Maltin. Fil-Gżira l-barranin, sas-sena li għaddiet kienu jgħoddu 2,358 aktar mill-Maltin li fil-Gżira kienu jlaħħqu total ta’ 4,848. B’kollox il-popolazzjoni fil-Gżira hi ta’ 12,054 bil-barranin f’din il-lokalità kienu 7,206 persuna. F’San Ġiljan ukoll hemm aktar barrranin minn Maltin bil-popolazzjoni ta’ barranin tlaħħaq total ta’ 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin minn Maltin f’San Ġiljan.

Il-popolazzjoni f’Tas-Sliema hi ta’ 22,730 bil-barranin jammontaw għal 12,446. Dan ifiisser li fil-lokalitajiet tal-Gżira.San Ġiljan u Tas-Sliema sas-sena li għaddiet kien hemm aktar minn elfejn barrani aktar minn Maltin.

L-istatitika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kienet ikkwotata mill-Ministru Clyde Caruana fil-Parlament fi tweġiba li tressqet mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Informazzjoni li ta wkoll fl-istess seduta Parlamentari l-Ministru għall-Finanzi Caruana għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ turi li f’San Ġiljan il-popolazzjoni s-sena li għaddiet kienet ta’ 15,208, il-Maltin kienu 6,510 u l-barranin kienu jammontaw għal 8,698 – 2188 aktar ta’ barranin

Informazzjoni li ta wkoll fl-istess seduta Parlamentari l-Ministru għall-Finanzi Caruana għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ turi li f’San Ġiljan il-popolazzjoni s-sena li għaddiet kienet ta’ 15,208, il-Maltin kienu 6,510 u l-barranin kienu jammontaw għal 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin.

Minn informazzjoni li ta l-istess Ministru fil-Parlament għal mistoqasija oħra li tressqet mill-istess Deputat Nazzjonalista, irriżulta wkoll li l-barranin f’Tas-Sliema huma aktar mill-Maltin. Il-popolazzjoni ta’ barranin f’Tas-Sliema hi ta’ 12,446 filwaqt li l-popolazzjoni ta’ Maltin tlaħħaq dik ta’ 10,284 – total ta’ popolazzjoni f’Tas-Sliema ta’ 22,730. Dan ifisser ukoll li f’Tas-Sliema hemm 2,162 aktar ta’ barranin minn Maltin.

Din il-popolazzjoni tirreferi għall-aħħar ċifri ppubblikati mill-NSO fl-aħħar tas-sena 2024.

Dan kollu jfisser li l-barranin f’Tas-Sliema, fil-Gżira u f’San Ġilan jammonta għal total ta’ 28,350, filwat li l-Maltin f’dawn il-lokalitajiet jgħoddu 21,642 – differeza ta’ 6,708 persuna anqas ta’ Maltin meta paragunat mal-barranin.