L-Istat tal-Portugall ser jirrikonoxxi l-istat Palestinjan, propju fil-ġurnata tal-Ħadd.
Nazzjon ieħor tal-Punent li qed jipprepara biex ibiddel il-politika tiegħu u fil-fatt jiddikjara lil Palestina bħala stat.
Dan anke hekk kif il-gwerra f’Gaża qed tkompli tintensifika u jidher li il-kunflitt jinsab il-bogħod milli jintemm fil-ġranet li ġejjin.
Il-Ministeru għall-affarijiet barranin ħabbar din id-deċiżjoni qabel ma jattendi għall-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-ġimgħa d-dieħla fi New York.
Intant Franza, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Awstralja wkoll qed jippreparaw sabiex jiddikjaraw Stat Palestinjan.
Apparti daw il-pajjiżi, huwa mistenni li fil-ġranet li ġejjin aktar pajjiżi ser ikunu qiegħdin jiddikjaraw Stat Palestinjan – madanakollu il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netenyahu u anke l-President Amerikan Donald Trump mhux qed jaqblu ma dawn il-pajjiżi u skont skont Iżrael u l-Istati Uniti, din hija mossa perikoluża.
//= $special ?>