Lokali

“Il-Partit Nazzjonalista qed jagħti t-tama lill-pajjiżna” – Il-Viċi Kap tal-PN Alex Perici Calascione

“Il-Partit Nazzjonalista mill-ġdid, qed jagħti t-tama lill-pajjiżna”.

Iddikjara dan il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione meta ndirizza l-folla fi Pjazza Tritoni s-Sibt filgħaxija.

Alex Perici Calascione spjega li dan huwa l-mument taż-żgħażagħ, u tal-poplu Malti u Għawdxi, fejn irringrazzja lill-ġenerazzjonijiet kollha li ħadmu tul is-snin qrib il-Partit Nazzjonalista.

Huwa spjega li kienu bosta dawk preżenti fi Pjazza Tritoni, li ħadmu f’kull struttura tal-Partit Nazzjonalista tul is-snin. Fejn anke spjega li kien propju l-Partit Nazzjonalista li bena fuq is-sisien tal-Indipendenza li kienet possibbli grazzi għall-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien George Borg Olivier.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, iddikjara li l-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin ta’ rieda tajba sabiex pajjiżna jimxi fit-triq li twassal għal pajjiż aħjar. Huwa spjega li għandu jkun kulħadd, awtur tal-istorja tal-paġna ġdida tal-Partit Nazzjonalista u tal-pajjiż.

Huwa spjega li dan kollu jibda bil-ħalfa matul il-lejl ta’ bejn l-20 ta’ Settembru u l-21 ta’ Settembru, b’qalb waħda, b’taħbita waħda – ħalfa li tiddikjara pajjiż aħjar għall-uliedna, għaż-żgħażagħ li mhux qed jirnexxielhom jixtru dar għall-familja tagħhom, għall-anzjani tagħna li jixirqilhom snin ta’ serħan il-moħħ, rispett u dinjita.

Alex Perici Calascione jispjega li pajjiżna jbagħti meta fit-tmun ikunu ċrieki tal-qalba li jagħmlu x’jagħmlu ma’ jista’ għalihom ħadd u li għalihom kollox jgħaddi. Meta jiġu żvelati każijiet wieħed wara l-ieħor għad-detriment ta’ pajjiżna.

Huwa propju għalhekk, li pajjiżna ħaqqu serħan il-moħħ, rispett, kura, tgawdija ta’ ambjent u dinjita f’kull stadju tal-ħajja iddikjara Perici Calascione.

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista appella wkoll sabiex minn issa stess, dan il-mument isir għall-pajjiż, għall-partit u għal kull ċittadin Maltin u Għawdxi.