Illejla jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet tal-Festi tal-Indipendenza tal-Partit Nazzjonalista.
Dan hekk kif il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg se jkun qiegħed jindirizza Mass Meeting fi Pjazza Tritoni.
Fost oħrajn mistennija jindirizzaw il-mass meeting is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello kif ukoll il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione.
Dawn id-diskorsi se jkunu qed jitwasslu fl-okkażjoni mhux biss ta’ Kap Ġdid tal-Partit Nazzjonalista iżda wkoll tal-61 sena mill-kisba tal-Indipendenza.
Dan filwaqt li jsegwi l-mass meeting politiku se jkun hemm aktar spettaklu u divertiment għall-familja kollha.
//= $special ?>