Futbol Sport

Juventus miżmuma minn Hellas Verona, Milan b’rebħa konvinċenti

Bologna kisbu rebħa importanti kontra Genoa bl-iskor finali ta’ 2-1. Genoa ħadu l-vantaġġ permezz ta’ Ellertsson, segwiti minn gowls ta’ Santiago Castro u Riccardo Orsolini għal Bologna.

Juventus ħadu l-ewwel draw fis-Serie A, hekk kif temmew 1-1 kontra Verona. Juventus fetħu l-iskor wara 19-il minuta permezz ta’ Conceicao, qabel Verona għamlu l-iskor indaqs fl-44 minuta meta Orban ikkonverta l-penalty tiegħu.

Suat Serder skorja fit-68 minuta pero l-gowl ġie mħassar għal Verona.

Milan għelbu lil Udinese 3-0. Gowls ta’ Pulisic darbtejn u Fofana.