Liverpool komplew il-forma impekkabli tagħhom hekk kif għelbu lil Everton fid-Derby ta’ Merseyside bl-iskor finali jkun 2-1.
Il-midfielder Olandiż Ryan Gravenberch fetaħ l-iskor wara 10 minuti b’xutt mill-aqwa minn assist ta’ Salah, segwit minn gowl ta’ Hugo Ekitike fil-25 minuta din id-darba jagħti s-suġġeriment Gravenberch.
Gueye naqqas l-iskor fit-tieni taqsima għal Everton.
Intant Manchester United ħasdu lil Chelsea meta f’Old Trafford għelbuhom ukoll bl-istess skor ta’ 2-1. Bruno Fernandes jiskorja l-ewwel wara kwarta logħob, qabel Casemiro jirdoppja 20 minuta wara. L-istess midfielder Brażiljan Casemiro jitkeċċa wara li akkumula t-tieni karta safra tiegħu fl-ewwel taqsima.
Chelsea naqqsu l-marġini permezz ta’ Trevor Chalobah fit-80 minuta.
Brighton u Tottenham Hotspur temmew fi draw ta’ 2-2. Gowls fl-ewwel taqsima għas-Seagulls minn Minteh u Ayari, b’ Spurs iġibu l-iskor indaqs b’ Richarlison u van Hecke auto-gowl.
Draw ieħor bejn Burnley u Nottingham Forest, jiskorja għal Forest ikun Neco Williams, u Jadon Anthony jiskorja għal Burnley.
Il-forma ħażina ta’ West Ham United komplew hekk kif tilfu ġo darhom kontra tim oħra minn Londra fil-forma ta’ Crystal Palace bl-iskor finali jkun 2-1. Palace jiskorjaw l-ewwel permezz ta’ Mateta fis-37 minuta. Jarrod Bowen jillivela fit-tieni taqsima, qabel Mitchell jerġa jiskorja.
Wolves għamluha 5 logħbiet mingħajr rebħa hekk kif tilfu fil-Molinuex kontra Wolves. L-iskor finali kien 3-1, għal Leeds jiskorja Kjreci, filwaqt li għal Leeds jiskorjaw Calvert Lewin, Stach u Okafor.
Fulham għelbu lil Brentford 3-1. Brentford imorrru fil-vantaġġ l-ewwel minn Damsgaard fl-20 minuta. Fulham jirrispondu permezz ta’ Iwobi, Wilson u OG ta’ Pinnock.
//= $special ?>