Futbol Sport

Rebħiet għal Hibernians u Floriana

HIBERNIANS……….2

NAXXAR LIONS……0

Hibernians għelbu lil Naxxar Lions 2-0 biex marru momentarjament f’ras il-klassifika. Hibernians ħadu l-vantaġġ milll-ewwel wara żewġ minuti minn Cleiton De Jesuss Padilha, qabel Lucas Villela Lapert irdoppja fit-73 minuta.

MARSAXLOKKK………1

FLORIANA……………..2

Floriana komplew il-forma tajba tagħhom meta għelbu lil Marsaxlokk 2-1. Floriana jiskorjaw fid-39 minuta permezz ta’ Musrapha Jan, segwit minn Jake Grech fit-78 minuta. Ix-Xlukkajr inaqqsu d-distakk fid-90 minuta bl-auto-gowl ta’ Owen Spiteri.

TARXIEN RAINBOWS……..1

ŻABBAR SP…………………..1

Draw ta’ 1-1 bejn Tarxien Rainbows u Żabbar SP. Żabbar jieħdu l-vantaġġ fit-28 minuta minn Cejas, biex Tarxien jillivelaw fit-82 minuta b’Kwasi Donsu.