Futbol Sport

Arsenal isalvaw draw kontra Man City fl-aħħar minuti

Ritratt: EPA

Fl-Emirates Stadium draw ta’ 1-1 bejn Arsenal u Man City, bl-uniku tim li jkun kuntent b’dan ir-riżultat ikun Liverpool li fetħu vantaġġ ta’ ħames punti f’ras il-klassifika. Kienu Manchester City li fetħu l-iskor li minn kontrattakk veloċi Tijani Reijnders sab lil Erling Haaland, li minn quddiem David Raya ma żbaljax għal 1-0. B’Arsenal jiddominaw matul il-partita kollha, huma kellhom jistennew sat-93 minuta meta kienu s-sosituti Eberechi Eze u Gabriel Martinelli li kkombinaw, bil-Brażiljan iqabbeż minn fuq Gianluigi Donnarumma għal skor finali ta’ 1-1.

Riżultati: B’Mouth v Newcastle 0-0, Sunderland v Aston Villa 0-0, Arsenal v Man City 1-1