U ċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ fi Pjazza Tritoni ġew fi tmiemhom bit-tlugħ tal-bandiera ta’ Malta – fil-preżenza tal-Kap tal-PN Alex Borg.

Din iċ-ċerimonja segwiet l-ispettaklu mużikali li twassal fuq il-palk prinċipali, wara tliet ijiem ta’ attivitajiet organizzati mill-PN biex jitfakkar dan l-anniversarju tant importanti fl-istorja ta’ pajjiżna.
Fl-istess serata, il-Kap il-ġdid tal-PN kellu l-opportunità jiltqa’ man-nies preżenti, li ferħulu wkoll għad-diskors pożittiv li wassal waqt il-mass meeting tal-Indipendenza.
