Il-President tal-Istati Uniti, Donald Trump, il-Viċi-President Amerikan JD Vance u personalitajiet politiċi oħra, fl-aħħar ħinijiet, kellhom indirizzaw lill-eluf kbar tan-nies preżenti għal avveniment biex ifakkar lil Charlie Kirk, l-attivist konservattiv li, aktar kmieni fix-xahar, inqatel minn tiri sparati lejh waqt li kien qed jiddibatti mal-istudenti f’kulleġġ ta’ Utah.
L-avveniment f’Arizona, organizzat mill-moviment Turning Point USA (TPUSA), kien mistenni jattira ‘il fuq minn 100,000 persuna, fost il-klima ta’ tensjoni minħabba li Trump u r-Repubblikani fil-Gvern qed jagħmlu minn kollox biex iwaħħlu l-qtil ta’ Kirk fl-elementi radikali tax-xellug, għal skopijiet politiċi.
Kien proprju Kirk li waqqaf Turning Point USA u l-qtil tiegħu qed jixpruna l-inkwiet dwar il-firxa tal-vjolenza politika fl-Istati Uniti. Dan meta Kirk kellu reputazzjoni bħala personalità diviżiva – bl-iskopijiet potenzjali għall-assassinju jżidu s-sens ta’ diviżjoni u diżgwid fost l-Amerikani.
Intant, żdiedu wkoll l-Amerikani li qed jakkużaw lill-Gvern ta’ Trump dwar pjan biex jisfrutta l-qtil ta’ Kirk għall-kontroll akbar tal-espressjoni ħielsa u d-dissens — fost it- tnaqqis tal-libertajiet ċivili fl-Istati Uniti.
//= $special ?>