Lokali

Inġabret is-somma ta’ €401,256 waqt il-maratona “DAR”

Aktar minn €400,000 inġabru matul il-maratona DAR, b’risq il-YMCA, bl-għan li din l-organizzazjoni toffri spazju sikur u protezzjoni għal dawk vulnerabbli jew bla dar.

Din il-maratona li damet għaddejja fuq sitt sigħat, ingħatat l-isem DAR – dinjità , aċċess u refuġju.

Fil-fatt, il-YMCA semmiet din il-maratona DAR għaliex qed tinsisti li bniedem m’għandux bżonn biss dar fiżika, biex ikun jista’ jgħix komdu u tajjeb … iżda għandu bżonn id-dinjità, l-aċċess għall-informazzjoni, xelter u servizzi oħrajn, kif ukoll refuġju.