Fl-istadium Olimpiku ta’ Tokjo l-aħħar ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja organizzati minn World Athletics .Fir-Relay 4 X100 metru nisa suċċess għall-Istati Uniti f’41.75 sekondi qabel Ġamajlka b’41.79 sekondi u l-Ġermanja fit-tielet post f’41.87 sekondi.
Fil-finali tar-Relay 4 X 400 metru nisa fl-ewwel post l-Istati Uniti fi 3 minuti 16.61 sekondi qabel Ġamajka bi 3 minuti 19.25 sekondi u l-Olanda b’ 3 minuti 20.18 sekondi. Finali tar-Relay 4 X 400 metru rġiel suċċess għal Botswana f’2 minuti 57.76 sekondi bi frazzjoni ta’ sekonda .07 mill-Istati Uniti u l-Afrika t’Isfel fit-tielet post bl-istess ħin.
Lilian Odira tal-Kenja rebħet it-800 metru nisa f’1 minuta 54.62 sekondi filwaqt li warajha l-koppja tar-Renju Unit Georgia Hunter Bell u Kelly Hodgkinson f’1 minuta 54.90 sekondi minn Bell b’vantaġġ ta’ 0.1 sekonda fuq Hodgkinson.
Fil-finali tal-5000 metru tal-irġiel fl-ewwel post fi 12 il-minuta 58.30 sekondi daħal Cole Hocker tal-Istati Uniti filwaqt li fit-tieni post temm il-Belġjan Isaac Kumeli fi 12 il-minuta 58.78 sekondi qabel Jimmy Gressier ta’ Franza fi 12 il-minuta 59.33 sekondi.
Il-finali tal-High Jump tan-nisa intrebħet minn Nicola Olyslagers tal-Awstralja meta qabżet 2 metri b’anqas żbalji minn Maria Zodzik tal-Polonja wkoll b’2 metri u Yaroslava Mahuchikh tal-Ukrajna b’1.97 metri
//= $special ?>