Lokali

Jinġabru €3,860 b’risq Puttinu Cares fil-memorja ta’ Charles Stroud

F’kitba fuq il-midja soċjali, Puttinu Cares qalet li nġabru €3,860 fil-memorja ta’ Charles Stroud.

Huma rringrazzjaw mill-qalb lill-familja, qraba u ħbieb ta’ Charles Stroud li kkontribwew għal din il-ġabra.

Puttinu cares ddeskriviet lil Charles Stroud bħala eżempju ħaj ta’ ġenerożità, intelliġenza u talent li ħalla marka kbira fuq kulħadd.

Charles Stroud kien miet lura fis-16 t’Awwissu li għadda fl-età ta’ 75 sena.

Hu kien pilastru importanti fit-twaqqif ta’ Net TV, fejn kellu karriera fir-reċtar, fil-produzzjoni u f’aspetti oħra mix-xena tat-teatru fuq bażi volontarja.

Barra minn hekk, Charles Stroud kien ukoll pproduċa, iffilmja u editja bosta produzzjonijiet, kemm għal organizzazzjonijiet politiċi, kummerċjali, kif ukoll produzzjonijiet televiżivi, fost dawk li jibqgħu l-aktar f’qalb il-poplu Malti hemm Baħar Wieħed u Pupi.