Lokali

Jintemmu b’suċċess il-festi tal-Indipendenza organizzati mill-Partit Nazzjonalista

Ritratti: Joseph Galea / Martin Agius

Is-sibt filgħaxija ġew fi tmiemhom il-festi tal-Indipendenza bil-mass meeting organizzat fi Pjazza Tritoni mill-PN.

Il-mass meeting kien indirizzat mill-Kap tal-PN Alex Borg, mill-Viċi Kap Alex Perici Calascione u mis-Segretarju Ġenerali Charles Bonello.

Preżenti kien hemm folla kbira ta’ nies li ħonqot Pjazza Tritoni u li laqgħet b’entużjażmu kbir dan l-ewwel indirizz ta’ Alex Borg f’mass meeting.