Wara xhur sħaħ li fihom poġġa’ l-proġett tal-metro taħt it-tapit, issa Robert Abela donnu reġa’ ħolom b’dan il-proġett. U se jġib lura l-istess konsulenti li kien qabbad 4 snin ilu meta kien preżenta l-proġett tal-metro.
Dan ir-ritorn tal-konsulenti Arup tħabbar mill-Prim Ministru stess f’intervista dalgħodu.
Robert Abela stqarr li dan il-proġett jaf idum 20 sena. U ma spjegax għaliex issa biddel fehmtu.
Jibqa’ l-fatt li Abela beda jitkellem issa dwar it-trasport tal-massa eżatt wara li ġie elett Alex Borg fit-tmexxija tal-PN. Dan għaliex il-Kap tal-PN ilu ġimgħat sħaħ jitkellem dwar il-bżonn urġenti ta’ sistema moderna ta’ trasport tal-massa.
//= $special ?>