Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix fl-Azerbaijan

Is-sewwieq ta’ RedBull u ċ-champion Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix tal-Azerbaijan biex issa jinsab fit-tielet post tal-klassifika b’230 punt. Verstappen irnexxielu jegħleb l-isfida ta’ George Russell ta’ Mercedes u ta’ Carlos Sainz ta’ Williams, li temmew fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Fir-raba’ post temm Kimi Antonelli ta’ Mercedes segwiet minn Liam Lawson fuq Racing Bulls u Yuki Tsunoda ta’ RedBull. L-Ingliżi Lando Norris ta’ McLaren u Lewis Hamilton fuq Ferrari temmew fis-seba’ u t-tmiem post rispettivament. Charles Leclerc ta’ Ferrari temm fid-disa’ post segwiet minn Hadjar fl-għaxar post.

Alex Albon ta’ Williams temm fil-ħdax-il post, b’Bortoleto, Bearman u Ocon, itemmu fit-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il post. Fernando Alonso ta’ Aston Martin temm fil-ħmistax-il post b’Nico Hulkenberg itemm warajh. Lance Stroll għal darb’oħra diżappuntanti jtemm fis-sbatax-il post segwit minn Pierre Gasly u Colapinto, bil-leader tal-klassifika Oscar Piastri ma jieħu l-ebda punt hekk kif ma temmx il-Grand Prix.