Ambjent Lokali Saħħa

Proġett pilota: projbizzjoni tat-tipjip fuq żewġ bajjiet ewlenin, waħda f’Malta u l-oħra f’Għawdex

Mill-1 ta’ Jannar 2026, it-tipjip fil-Bajja tal-Mixquqa (Golden Bay) f’Malta u fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex se jkun permess biss f’żoni apposta.

Waqt l-għeluq tal-kampanja Saving Our Blue Summer Edition, intqal li kwalunkwe tipjip se jkun ipprojbit fil-bajjiet, b’tipjip permess biss f’żoni żgħar immarkati apposta fejn se jkun hemm ashtrays li jkunu qed jitnaddfu kontinwament.

Il-loqom tas-sigaretti, il-lighters, u l-iskart tat-tabakk huma fost l-aktar skart miġbura minn fuq il-bajjiet, li jheddu kemm l-annimali tal-baħar kif ukoll is-sbuħija tal-ambjent naturali ta’ Malta.

L-infurzar se jsir permezz ta’ kollaborazzjoni bejn diversi awtoritajiet, b’dawk li jiksru l-liġi se jeħlu multa ta’ €150.