F’intervista li għamel dalgħodu, il-Prim Ministru Robert Abela kien reattiv u f’paniku quddiem il-proposti serji tal-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg.
Filwaqt li għal snin sħaħ il-Gvern tiegħu baqa’ jinjora l-problemi kbar tal-pajjiż, illum, wara li tkellem Alex Borg, f’daqqa waħda Abela qiegħed jagħmel U-turn wara l-ieħor:
- Fuq is-sistema tat-trasport tal-massa, wara li l-Gvern Laburista ilu snin li waqaf jimbotta l-idea tal-metrò, Robert Abela llum reġa’ semma l-proġett, u dan għamlu biss wara li Alex Borg qal li fil-ġimgħat li ġejjin se jiġu varati proposti tal-Partit Nazzjonalista fuq din il-kwistjoni.
- Fuq il-problema tal-popolazzjoni u l-mudell ekonomiku, wara li Alex Borg spjega li hemm bżonn bidla, Abela qal li “ħa jsir xi ħaġa” iżda fl-istess nifs insista li m’għandux jinbidel il-mudell ekonomiku tiegħu, li hu mibni fuq l-importazzjoni ta’ eluf ta’ ħaddiema barranin.
- Fuq il-proprjetà, attakka lil Alex Borg talli kien fuq in-naħa taż-żgħażagħ u l-familji Maltin u Għawdxin li jridu jsiru sidien ta’ darhom, meta hu ta art pubblika lill-privat b’terz tal-valur tagħha. Minflok jgħin liż-żgħażagħ, għen lil tal-qalba.
- Fuq l-isptar tas-saħħa mentali, wara li għal snin sħaħ ilu jgħid li mhux se jinbena wieħed ġdid, illum għamel U-turn lura u qal li se jagħmel preċiżament dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista – u mhux sala ġdida kif kien qed jgħid il-Ministru għas-Saħħa tiegħu.
Bħal dejjem, Robert Abela baqa’ maqtugħ mir-realtà tan-nies, sal-punt li staqsa fadalx nies li għadhom fuq il-paga minima f’pajjiżna.
Il-Partit Nazzjonalista imexxi minn Alex Borg qed ikompli juri li għandu viżjoni serja u konkreta għall-futur ta’ pajjiżna, filwaqt li Robert Abela jibqa’ f’paniku u qed jirreaġixxi għall-proposti ta’ Alex Borg.
//= $special ?>