Roma rebħu d-Derby Della Capitale kontra Lazio bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat fit-38 minuta meta kien Lorenzo Pellegrini li b’xutt fil-baxx għeleb lil Ivan Provedel għal 1-0. Lejn tmiem il-partita Lazio spiċċasw jilgħabu b’disa’ plejers meta l-ewwel tkeċċa għalihom Reda Belahyane fil-85 minuta imbagħad tkeċċa Matteo Guendouzi fl-aħħar tal-partita.
Rebħa kombattuta għal Inter kontra Sassuolo bl-iskor ta’ 2-1 biex b’hekk ħadu t-tieni rebħa tagħhom dan l-istaġun. Huma fetħu l-iskor fl-14-il minuta meta Petar Sucic għadda lejn Federico Dimarco li kkonkluda fix-xibka għal 1-0. Inter għamluhom tnejn fil-81 minuta b’awtogowl ta’ Tarik Muharemovic. Sassuolo naqqsu d-distakk tliet minuti wara permezz ta’ Walid Cheddira, li madanakollu ma kienx biżejjed biex jiksbu l-punti minnn din il-partita.
Riżultati: Lazio v AS Roma 0-1, Cremonese v Parma 0-0, Torino v Atalanta 0-3, Fiorentina v Como 1907 1-2, Inter v Sassuolo 2-1 Għada: Napoli v Pisa 8.45pm
//= $special ?>