Futbol Sport

Senglea Gunners jirbħu t-Twanny Agius Fair Play Cup

Senglea Gunners rebħu t-Twanny Agius Fair Play Cup fit-turnament li sar fil-Grounds ta’ Qormi FC. Il-partiti kienu 35 minuta-il waħda bl-ewwel partita tkun bejn Ta’ Giorni Wanderers u Naxxar Victorians, li ntemmet bl-iskor ta’ 2-0, bil-gowls ikunu skurjati minn Luke Gatt u Jacob Cassar Ellis għal Wanderers.

It-tieni partita kienet bejn Senglea Gunners u Ta’ Giorni Wanderers, b’Senglea jirbġu 2-0, b’gowls minn Emerson Bonello u Christopher Philip Baloteli. L-aħħar partita kienet bejn Senglea Gunners u Naxxar Victorians b’Senglea jirbħu skor identiku ta’ 2-0, b’gowls minn Lamin Jaiteh u Leandro Caruana.

It-trofej kienu preżentati mill-Membru Parlamentari David Agius, li huwa it-tifel ta’ Twanny Agius.