Lokali

SKANDLU FORTINA: Abela jinsisti li ghadu mhux f’pozizzjoni li jghid kemm hi l-istima tal-art

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jinsisti li hu ma jistax jgħid kemm hi l-istima vera tal-art tal-Fortina. Dan minkejja li kien il-Gvern tiegħu li iffinalizza dan id-deal ta’ miljuni ta’ ewro – li nsterqu mill-but tal-poplu.

F’intervista rrekordjata li xxandret il-Ħadd filgħodu, Robert Abela baqa’ wkoll jitfa dubji fuq l-analiżi li saret mill-NAO. Għaliex skont hu, għadu ma jafx kif wasal ghall-istima ta’ din l-art.

Intant, wara xhur sħaħ li fihom poġġa l-proġett tal-metro taħt it-tapit, issa Robert Abela donnu reġa’ ħolom b’dan il-proġett. U se jġib lura l-istess konsulenti li kien qabbad 4 snin ilu meta kien preżenta l-proġett tal-metro.

Dan ir-ritorn tal-konsulenti tħabbar mill-Prim Ministru stess f’din l-intervista tal-Ħadd.

Robert Abela stqarr li dan il-proġett jaf idum 20 sena. U ma spjegax għaliex issa biddel fehmtu.

Jibqa’ l-fatt li Abela beda jitkellem issa dwar it-trasport tal-massa eżatt wara li ġie elett Alex Borg fit-tmexxija tal-PN. Dan għaliex il-Kap tal-PN ilu ġimgħat sħaħ jitkellem dwar il-bżonn urġenti ta’ sistema moderna ta’ trasport tal-massa.