Ambjent Għawdex Lokali

Alex Borg jisħaq li hu kontra t-torrijiet f’Għawdex

“Robert Abela qed jipprova jitfa’ tiegħu fuq ħaddieħor. Jien ma rridx torrijiet f’Għawdex”.

Saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’filmat fejn iċċara l-pożizzjoni tiegħu fuq l-aħħar fake news imxerrda minn Robert Abela b’reazzjoni għal dak li qal f’intervista rigward l-iSkyLine policy.

Sky-line policy li tassigura li żvilupp isir fejn għandu jkun u mhux b’tali mod li ma jkunx sostennibli – bil-Labour qed jipprova jqarraq u jisħaq li l-Kap tal-PN Alex Borg irid xi torrijiet f’Għawdex.

Iżda Alex Borg jagħmilha assolutament ċara li hu ma jridx jara torrijiet fil-gżira Għawdxija.

Alex Borg saħaq li qed joħroġ dejjem il-paniku tal-Partit Laburista fil-konfront ta’ PN ġdid mimli entużjażmu; tant li spiċċa jilgħabha tal-paladin ambjentali.

Hu fakkar dwar il-problemi varji li qed taffaċċja l-gżira Għawdxija anke tul dawn l-aħħar snin, minn vapur Second Hand li l-Prim Ministru Robert Abela stess jirrifjuta li jivvjaġġa bih – għal Sptar ġdid li qatt ma sar.

Apparti minm hekk Alex Borg saħaq li bil-fatti li hu dejjem kien hemm għall-Għawdxin u għall-ġid komuni ta’ din il-gżira tant għal qalb il-PN

Appell ta’ Partit Nazzjonalista ffukat, immexxi b’enerġija ġdida li tħares biss lejn l-interess tal-gżejjer Maltin kuntrarju għal Gvern li l-unika interess tiegħu hu li jqarraq bil-poplu u joħloq firda partiġjana, minflok jagħmel dak li hu mitlub minnu u jġib l-ewwel lil dan il-pajjiż.