l-President Amerikan, Donald Trump,waqt diskors fl-Istat ta’Arizona, faħħar lil Charlie Kirk bħala martri għal-libertà kif ukoll bħala l-akbar evanġelista fl-istorja tal-Istati Uniti.
Dan intqal waqt servizz ta’ tifkira għall-attivist u influencer konservattiv li nqatel b’tir ta’ arma fl-10 ta’ Settembru waqt li hu kien qed jiddibatti mal-istudenti fl-Università ta’ Utah.
L-avveniment ta’ tifkira sar fl-iState Farm Stadium, fl-inħawi ta’ Glendale ….. u Trump, waqt id-diskors prinċipali, qal li l-poplu fl-Istati Uniti qed jgħix minn ġranet ta’ luttu.
Il-President, mill-ġdid, akkuża lill-elementi radikali tax-xellug bil-qtil ta’ Kirk; avolja għad ma hemm xejn li jindika li l-qattiel, li qed jinżamm taħt arrest, kien iħaddan din l-ideoloġija politika.
Donald Trump, fost oħrajn, qal ukoll li Charlie Kirk se jibqa’ magħruf bħala patrijott li preżenta l-argumenti tiegħu b’mod brillanti u mingħajr apoloġija.
Aktar qabel, Erika, il-mara ta’ Kirk, fl-aktar fażi kommoventi tas-serata, qalet li ħafret lill-qattiel ta’ żewġha… fejn spjegat li Charlie Kirk kien dejjem favur dan is-sentiment ta’ maħfra. Hi wiegħdet ukoll biex tkompli bil-ħidma ta’ Turning Point USA, l-organizzazzjoni li waqqaf Kirk bil-ħsieb li tferrex
//= $special ?>