Ir-rapport maħruġ mill-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali b’rabta mal-Fortina reġa’ qajjem kriżi sħiħa fil-kurituri ta’ Kastilja hekk kif wera biċ-ċar li xi ħadd mill-amministrazzjoni ta’ Gvern Laburista reġa’ għal darb’oħra naqas.
Filwaqt li diversi editorjali u esperti qed jisħqu li l-Eżekuttiv, ċioè il-Kabinett, jinsab maħtuf konsegwenza tal-fatt li eks Chief of Staff fl-OPM allegatament – u skont ma ġie rrapportat mill-NAO – ħeba valutazzjoni ogħla li waslet għal telf ta’ miljuni ta’ ewro minn but il-poplu – il-Gvern issa jinsab dahru mal-ħajt.
Dan għaliex jekk il-Gvern jemmen fl-istituzzjoni u fil-kredibbiltà tal-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali – għalhekk irid jieħu kull pass neċessarju biex mhux biss jikseb il-flus li kellhom jinġabru inizjalment, iżda jagħraf min se jerfa’ r-responsabbiltà politika.
Net News staqsa lil numru ta’ Deputati Laburisti fosthom lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana – illi stqarr li hu mhux f’pożizzjoni li jispekula.
Il-Ħadd filgħodu Robert Abela baqa’ jitfa dubji fuq l-analiżi li saret mill-NAO, għaliex saħaq li għadu ma jafx kif wasal għall-istima tal-art tal-Fortina.
//= $special ?>