Fl-Imsida n-numru ta’ barranin kważi hu d-doppju tal-Maltin. Il-popolazzjoni fl-Imsida tlaħħaq total ta’ 16,609 li 10,655 huma barranin u 5,954 huma altin.
Skont ċifri tal-NSO, il-popolazzzjoni f’San Ġwann hi ta’ 16,075 li 10,950 huma Maltin u 5,125 huma barranin.
Din il-popolazzjoni f’żewġ lokalitajiet qrib xulxin ingħatat fil-Parlament mill-Ministru Clyde Caruana meta wieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attrad Previ.
Jirriżulta wkoll minn tweġibiet oħra li wkoll saru mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Attrad Previ, li fil-Gżira, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema, il-barranin huma aktar mill-Maltin. Fil-Gżira l-barranin, sas-sena li għaddiet kienu jgħoddu 2,358 aktar mill-Maltin li fil-Gżira kienu jlaħħqu total ta’ 4,848. B’kollox il-popolazzjoni fil-Gżira hi ta’ 12,054 bil-barranin f’din il-lokalità kienu 7,206 persuna.
F’San Ġiljan ukoll hemm aktar barrranin minn Maltin bil-popolazzjoni ta’ barranin tlaħħaq total ta’ 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin minn Maltin f’San Ġiljan.
F’San Ġiljan il-popolazzjoni s-sena li għaddiet kienet ta’ 15,208, il-Maltin kienu 6,510 u l-barranin kienu jammontaw għal 8,698 – 2,188 aktar ta’ barranin
F’Tas-Sliema l-barranin ukoll huma aktar mill-Maltin. Il-popolazzjoni ta’ barranin f’Tas-Sliema hi ta’ 12,446 filwaqt li l-popolazzjoni ta’ Maltin tlaħħaq dik ta’ 10,284 – total ta’ popolazzjoni f’Tas-Sliema ta’ 22,730. Dan ifisser ukoll li f’Tas-Sliema hemm 2,162 aktar ta’ barranin minn Maltin.
Din il-popolazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru Clyde Caruana, tirreferi għall-aħħar ċifri ppubblikati dwar il-popolazzjoni mill-NSO sal-aħħar tas-sena 2024.
Dan kollu jfisser li l-barranin f’Tas-Sliema, fil-Gżira, fl-Imsida, f’San Ġwann u f’San Ġiljan jammonta għal total ta’ 44,130, filwaqt li l-Maltin f’dawn il-lokalitajiet jgħoddu 38,546 – differeza ta’ 5,584 persuna anqas ta’ Maltin meta paragunat mal-barranin.
//= $special ?>