Il-Fortina ikkonfermat li kien fl-2017 meta talbet biex jinbidlu ċertu restrizzjonijiet kuntrattwali tal-art li għandhom f’Tas-Sliema. Dan b’rabta mad-deal li ġie kundannat f’rapport iebes mill-Awditur Ġenerali.
Il-grupp Fortina qed jgħid li għadhom qed janalizzaw ir-rapport tal-NAO. Fl-istess waqt, il-kumpanija tgħid li għandha “riservi” fuq ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.
Fi stqarrija, il-Fortina qalet li għad m’għandiex ir-rapporti kollha li ħadem fuqhom l-Awditur – b’referenza speċifika għar-rapport ta’ valutazzjoni li sar mill-NAO permezz ta’ ditta li tqabbdet b’mod indipendenti.
Intqal ukoll li l-proċess ta’ reviżjoni dwar dan id-dokument tal-NAO għadu mhux konkluż.
//= $special ?>