Graziella Attard Previ, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ sostniet fil-parlament li Il-gvern ma ħax il-pariri tal-PN u tas-soċjetà dwar il-legalizzazzjoni tad-droga b’konsegwenzi gravi.
Graziella Attard Previ qalet li dan l-abbozz qed jitressaq issa wara li seħħu diversi inċidenti gravi. Il-PN jinsisti li jkun proattiv u mhux reattiv quddiem din is-sitwazzjoni. Hi kritikat lill-gvern għall-fatt li ma semgħax mill-PN u mis-soċjetà meta llegalizza l-użu tal-kannabis.
Dan wassal biex il-messaġġ ikun li l-konsum tad-drogi kollha se tkun normalizzata. Din il-liġi ddaħlet fil-pajjiż bl-għaġġla biex jidher liberali u mhux fl-interess tan-nies inkluż ta’ dawk li jikkonsmaw l-istess kannabis. Il-gvern ma ggarantixxiex is-salvagwardji kollha tant li din il-liġi diġà kienet emendata wara li l-gvern induna li l-iskopijiet tagħha ma ntlaħqux.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li qed tiddaħħal liġi dwar id-dorga u s-sewqan meta suppost id-droga hi llegali; din hi ammissjoni li l-konsum tad-droga tant laħaq livelli għoljin li intilef il-kontroll tas-sitwazzjoni. L-użi tal-kokiana hu mifrux ħafna llum tant li qed tkun ikkunsmata anki fil-festini tal-familji.
Graziella Attard Previ kompliet li l-pajjiż diġà kellu problema ta’ sewqan ta’ alkoħol iżda issa bin-normalizzazzjoni tat-teħid tad-droga is-sitwazzjoni ggravata. Filwaqt li enfażizzat l-importanza tal-infurzar, id-deputat Nazzjonalista qalet li anki issa f’din il-liġi l-gvern se jwarrab l-infurzar.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li jista’ jkun li anki x-xufiera tat-taxis ikunux taħt l-influwenza tad-droga u appellat biex isiru l-kontrolli serji anki fuq dawn ix-xufiera. Hi sostniet li l-pplu jibqa’ jittama li l-liġijiet ikunu infurzati.
//= $special ?>