Il-Partit Nazzjonalista jifraħ lit-tim tal-veterani tal-Malta Table Football Sports Association (MTFSA) li lbieraħ rebħu l-Kampjonat Ewropew u saru Champions Ewropej tas-Subbuteo fil-kategorija tagħhom.
Il-European Table Football Championship 2025 sar f’pajjiżna fl-aħħar jiem bis-saħħa tal-organizzaturi li rnexxielhom iġibu dan l-avveniment importanti lejn Malta.
Il-Maltin kienu inkurnati Champions Ewropej wara rebħa ta’ 2-1 kontra l-Italja fil-finali.
Dan huwa unur ieħor miksub għal pajjiżna, u avvenimenti sportivi bħal dawn – li jġibu magħhom riżultati pożittivi – huma ta’ valur kbir għal pajjiżna.
Fi stqarrija, ix-Shadow Minister għall-Fondi Ewropej u l-Isport David Agius u Andrè Muscat President, TimSport PN; qalu li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ impenjat li jkompli jkun ta’ sostenn lejn l-isport b’mod ġenerali, sabiex flimkien nibnu kultura sportiva f’pajjiżna.
//= $special ?>