Il-Partit Nazzjonalista qed isegwi mill-qrib it-tilwima industrijali rreġistrata mill-Malta Union of Bank Employees (MUBE) fir-rigward tal-ħaddiema tal-HSBC. Il-PN jenfasizza l-importanza li jiġu mħarsa d-drittijiet tal-ħaddiema u li l-ftehmiet milħuqa jiġu rispettati bis-sħiħ.
Sitwazzjonijiet bħal dawn ikollhom impatt dirett mhux biss fuq l-impjegati involuti, iżda wkoll fuq is-settur finanzjarju u l-ekonomija b’mod ġenerali. Hu għalhekk essenzjali li d-djalogu jsir b’rieda tajba, bi trasparenza u b’ġustizzja.
Il-Partit Nazzjonalista għalhekk iħeġġeġ lid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER) biex jindirizza din il-kwistjoni b’diliġenza u b’imparzjalità. Soluzzjoni f’waqtha u ġusta tgħin biex jitnaqqas l-inkonvenjent, filwaqt li tiġi ggarantita l-ġustizzja u l-ugwaljanza.
Il-Partit Nazzjonalista se jkompli jsegwi mill-qrib l-iżviluppi biex jiżgura li l-qafas tar-relazzjonijiet industrijali jibqa’ wieħed b’saħħtu, kredibbli u ġust.
Din l-istqarrija ġiet iffirmata minn Ivan Castillo, Shadow Minister għas-Settur Marittimu, id-Djalogu Soċjali u l-Ġlieda Kontra l-Għoli tal-Ħajja, Graham Bencini Shadow Minister għall-Finanzi u Jerome Caruana Cilia Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Intrapriża.
//= $special ?>