Bejn l-24 u t-28 ta’ Settembru, s-Soċjetà Mużikali Beland ser tiċċelebra l-Festa tal-konsaġrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesu, magħrufa bħala l-Festa tal-Kappella fiż-Żejtun.
Bejn l-24 u is-26 ta’ Settembru fis-7:00pm ser jsiru tliet iljieli ta’ riflessjonijiet fuq il-Qalb ta’ Ġesù mmexxija mis-soċju tal-mużew Joseph Falzon bis-sehem tal-Arċikonfraternità Ssmu. Sagrament Żejtun.
Il-Ġimgħa filgħaxija ser ssir ikla fil-pjazza taż-Żejtun.
Is-Sibt fit-8:00pm ser isir marċ brijuż mill-Banda Beland fit-toroq ċentrali taż-Żejtun, b’akkumpanjament tal-istatwa tal-Qalb ta’ Ġesù mill-Għaqda Armar tal-Fontana, u nar mill-Kummissjoni Nar tas-Soċjetà Mużikali Beland.
Il-Ħadd fid-9:00am ser isir programm fil-pjazza segwit minn marċ.
Fis-6.30pm quddies ċċelebrata mill-Viċi Arċipriet tal-parroċċa taż-Żejtun, il-Kan. Bernard Micallef bis-sehem tal-Banda Beland.
//= $special ?>