Kummerċ Lokali

Open Week ta’ Renault u Dacia

L-Open Week ta’ Renault u Dacia jirritorna b’offerti esklussivi fuq għażla vasta ta’ vetturi elettriċi u Hybrid bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru f'Kind's Showroom, Triq il-Mosta, Ħal Lija

Auto Sales Ltd – Kind’s, id-distributur uffiċjali ta’ Renault u Dacia f’Malta, ħabbar ir-ritorn tal-Renault & Dacia Open Week bejn id-29 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru, fil-Kind’s showroom, f’Ħal Lija.

Dan l-avveniment joffri offerti esklussivi, skontijiet għal żmien limitat, u l-opportunità li tesplora waħda mill-aktar line-ups kompleti ta’ vetturi Elettriċi u Hybrid fis-suq Malti — kollha appoġġjati minn konsulenza professjonali u finanzjament flessibbli.

‘L-offerti huma sa €4,000 skont fuq vetturi Elettriċi u Hybrid filwaqt li xerrejja Maltin se jibbenefikaw sa €4,000 skont fuq mudelli ta’ karozzi magħżula ta’ Renault u Dacia; sa €4,000 skont fuq mudelli ta’ vannijiet magħżula ta’ Renault; depożitu ta’ 0% fuq mudelli magħżula; pagamenti fix-xahar affordabbli; pjan ta’ servizz b’xejn għal 5 snin u l-ewwel u t-tieni servizz bla ħlas fuq mudelli magħżula; garanzija ta’ 5 snin fuq vetturi kollha; garanzija ta’ 8 snin fuq il-batterija għal vetturi elettriċi; u sa €9,000 f’sussidji tal-Gvern u skemi ta’ skrappjar.

Mudelli ewlenin matul l-Open Week huma Renault Clio, Captur, Austral, Arkana, Symbioz – disponibbli petrol, hybrid u full hybrid.