Lokali Parlament

Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Chris Bonett jinsabu f’disa’ lokalitajiet

Sindki u Kunsilliera li jaħdmu mal-Ministeru ta’ Chris Bonett, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tieghu, jinsabu f’disa’ lokalitajiet.

Dawn il-lokalitajiet huma Birkirkara, Birżebbuġa, il-Fontana f’Għawdex, il-Kalkara, Pembroke, ir-Rabat, Santa Luċija, Ħaż-Żabbar u ż-Żejtun.

Il-lokalitajiet fejn fl-aħħar elezzjonijiet kienu eletti Sindki u Kunsilliera li huma fil-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, inkluż fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru, ngħataw fil-Parlament mill-Ministru Chris Bonett għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Bernice Bonello.

Jirriżulta wkoll minn informazzjoni li diġà ngħatat fil-Parlament li l-impjegati fid-dekasteru tal-Ministru Miriam Dalli u li ġew eletti f’kunsill lokali, kienu eletti f’20 lokalità li maġġoranza tagħhom huma lokalitajiet immexxija minn maġġoranza Laburista.