Mill-ħin tan-12:30pm, l-impjegati kollha tal-bank HSBC bdew sit-down strike ordnat mill-MUBE.
Din id-direttiva inħarġet wara li t-tmexxija tal-HSBC naqset milli tidħol f’diskussjonijiet mal-union dwar it-trasferiment tal-bank lill-kumpanija CrediaBank.
Il-ħaddiema ġew ordnati jillogjaw barra mis-sistemi tal-bank, u ma jwieġbu ebda tip ta’ komunikazzjoni.
Intant, jidher li l-kwistjoni kollha hija dwar kumpens li huwa dovut lill-ħaddiema ta’ dan il-bank. B’sorsi jindikaw li skont il-ftehim kollettiv, l-impjegati tal-HSBC għandhom jieħdu bejn €50m u €60m.
//= $special ?>

