Matul ix-xandira tas-sibt minn Pjazza Tritoni, Net Television qabeż b’mod konsiderevoli l-udjenzi tal-istazzjon laburista u saħansitra anke tax-Xandir Nazzjonali – turija ċara tal-mewġa ta’ interess li ħoloq Alex Borg minn mindu ġie elett Kap tal-PN.
Is-sibt, Alex Borg kien qed jindirizza l-ewwel mass meeting tiegħu.
Kienet ukoll okkażjoni importanti għall-PN, hekk kif ġew fi tmiemhom il-festi tal-Indipendenza.
Ċifri li kiseb dan is-sit jindikaw li Net TV qabeż sew l-udejnzi tal-istazzjonijiet kompetituri fil-ħin ta’ bejn is-7pm u l-10pm. Bil-qofol tal-udjenzi jintlaħqu propju fil-ħin tad-diskors minn naħa tal-Kap tal-PN.
//= $special ?>