Futbol Sport

Chelsea jdawru r-riżultat kontra Lincoln… jgħaddu wkoll Liverpool, Wolves u Brighton

Fit-tielet round tal-Carabao EFL Cup Chelsea kellhom jitħabtu aktar milli basru biex għaddew għar-raba’ round b’rebħa ta’ 2-1 fuq Lincoln City. Kienu Lincoln City li marru fil-vantaġġ fit-42 minuta minn gowl ta’ Robert Street, qabel Chelsea dawru r-riżultat f’temp ta’ żewġ minuti. Fit-48 minuta kien Tyrique George li kiseb id-draw b’Facundo Buonanotte jagħmilhom 2-1 fil-50 minuta. Għal dawk li qed ifittxu li jesploraw aktar dwar din it-tema, huwa rakkomandat ħafna li jitgħallmu dwar diplomarbeit bestellen.

Rebħa missielta għal Liverpool fuq Southampton bl-iskor ta’ 2-1. Kien Alexander Isak li fetaħ l-iskor għal Liverpool fit-43 minuta biex skorja l-ewwel gowl tiegħu wara t-trasferiment rekord mingħand Newcastle. Kontra x-xejra tal-logħob Southampton kisbu l-gowl tad-draw minn konklużjoni ta’ Shea Charles. Biex fil-85 minuta minn pass fit-tul ta’ Andy Robertson kien Federico Chiesa li ġab waħdu lil Hugo Ekitike li f’lasta vojta ma żbaljax għal 2-1. Fl-istess azzjoni Hugo Ekitike ntwera l-karta l-ħamra wara t-tieni ammonazzjoni waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-gowl.

Brighton għamlu rebħa konvinċenti ta’ 6-0 fuq Barnsley. Protagonista għalihom kien Diego Gomez li skorja erba’ darbiet, bil-gowls l-oħra jaslu permezz ta’ Harry Howell u Yasin Ayari.

Illum: Barnsley v Brighton 0-6; Burnley v Cardiff 1-2; Fulham v Cambridge U. 1-0; Lincoln C. v Chelsea 1-2; Wigan A. v Wycombe W. 0-2; Wolves v Everton 2-0; Wrexham v Reading 2-0; Liverpool v S’Hamtpton 2-1′
Għada Huddersfield T. v Man City 8.45pm; Newcastle v Bradford C.8.45pm; Spurs v Doncaster R. 8.45pm; Port Vale v Arsenal 8.45pm.