Futbol Sport

Faċli għal Milan fuq Lecce

F’San Siro tkompli il-vena pożittiva ta’ Milan li kisbu t-tieni rebħa tagħhom din il-ġimgħa bl-iskor ta’ 3-0 fuq Lecce. Kien Santiago Gimenez li fetaħ l-iskor fl-20 minuta qabel kien Christopher Nkunku li għamilhom tnejn fil-51 minuta għall-ewwel gowl tiegħu mal-club. Milan għalqu l-partita fl-64 minuta b’gowl tal-Amerikan Christian Pulisic.

Rebħa missielta għal Udinese bl-iskor ta’ 2-0 fuq Palermo biex huma wkoll għamluha għar-round li jmiss tal-Coppa Italia. Huma fetħu l-iskor fil-41 minuta minn gowl ta’ Nicolo Zaniolo qabel ma’ tmiem l-ewwel taqsima Lennon Miller irdoppja l-iskor. Palermo naqqsu d-distakk fl-aħħar minuta tal-partita b’konklużjoni ta’ Patryk Peda.

Riżultati: Cagliari v Frosinone 4-1, Udinese v Palermo 2-1, Milan v Lecce 3-0
Illum: Parma v Spezia 5.00pm, H.Verona v Venezia 6.30pm, Como v Sassuolo 9.00pm